e-spark 18

8
E - spark 18 FRAR 2010 Vocations e-newsletter E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com MESSAGG TAD-DIRETTUR TAC-CENTRU TAL-VOKAZZJONIJIET QUOTES IS GOD CALLING ME NEW WEBSITES THE JOURNEY

Upload: diocesan-vocation-centre

Post on 18-Mar-2016

246 views

Category:

Documents


4 download

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

TRANSCRIPT

Page 1: e-spark 18

E - spark 18

FRAR 2010

Vocations e-newsletter

E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat .

Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

MESSAGG TAD-DIRETTUR TAC-CENTRU TAL-VOKAZZJONIJIET

QUOTES

IS GOD CALLING ME

NEW WEBSITES

THE JOURNEY

Page 2: e-spark 18

MESSAGG TAD-DIRETTUR TAC-CENTRU TAL-VOKAZZJONIJIET

Fr. Michael

[email protected] <[email protected]>

X’hemm aqwa? Fi Frar, f’moħhna jiġi mill-ewwel il-ħsieb tal-festa popolari li aħna l-Maltin niċċelebraw f’ġieħ in-Nawfraġju ta’ San Pawl. F’dak il-jum infakkru ġrajja kbira fl-Istorja ta’ Malta. Hi l-festa tal-Magħmudija tal-Gżejjer tagħna. Poplu li kien igħix fid-dlamijiet, sab il-verità u ħaddan il-Fidi ta’ Kristu permezz tal-Kelma tal-Appostlu San Pawl, li għalhekk ilkoll insejħulu “Missierna”. Il-wasla ta’ San Pawl fuq ix-xtut tal-Gżejjer tagħna, hi ġrajja mportanti li turi kemm Alla tassew iħobbna. Min jaf kemm nazzjonijiet ikbar minna iħarsu lejna bħala xxurtjati preċiżament minħabba f’din il-ġrajja mirakuluża li tinsab irrakkontata fl-Iskrittura Mqaddsa. Għandna tassew għax ngħidu “grazzi” lil Alla, meta naħsbu li l-Mulej ried li Malta tħaddan il-Fidi daqshekk kmieni fl-Istorja tal-Kristjaneżmu. U dan ma ngħiduhx bi ftaħir fieragħ, imma b’sens ta’ responsabbiltà kbira, għax daqskemm ikunu kbar il-grazzji li jagħtina Alla, daqs tant ieħor huwa kbir id-dmir tagħna li nwieġbu għalihom. Il-bniedem tal-lum għadu jrid jirraġuna? Għadu jaf jirraġuna? Meta nwarrbu lil Alla minn ħajjitna nitilfu kull sens ta’ direzzjoni. It-talb, s-sehem fil-quddies u t-tqarbin jekk jista’ jkun ta’ kuljum, jgħinuna biex insibu l-aktar ħaġa mportanti fil-ħajja tagħna. Il-gardjola kienet tintuża mill-għassiesa fi żmkien il-Kavallieri biex minnha jgħassu l-Port il-Kbir. Minquxin fuq it-twieqi hemm żewġ simboli prinċipali: l-għajn u l-widna. Dawn żgur jirreferu għall-attenzjoni li jrid ikollu min ikun għassa. Il-Fidi hija don li Alla tana biex jof-frilna gwida għall-ħajja tagħna. Aħna għanda bżonn din il-gwida ta’ Ġesù. Min jemmen irid ikun għassa: tiegħu innifsu u anke għal oħrajn biex jip-prova jgħinhom. Dan illum hu mportanti għax it-tajjeb hu mdawwar minn ħafna affarijiet oħra. Dawk il-persuni li ma jmorrux il-knisja ma jafux li fil-ħajja tagħhom jonqoshom proprju ’l Ġesù. Dawn in-nies jindunaw li qed tonqoshom xi ħaġa mportanti fil-ħajja tagħhom. Forsi xorta jipprovaw ikunu tajbin u jgħinu lil ħaddieħor, imma kif tista’ tagħti minn dak li m’għandekx?

Page 3: e-spark 18

Jekk Alla ma jkunx fil-ħajja tiegħi, u jekk Ġesù ma jkunx fil-ħajja tiegħi, allura ma jkollix min jiggwidani. Ikun jonqosni dik il-

ħbiberija essenzjali; ikun jonqosni wkoll dak il-ferħ li hu tant impor-

tanti fil-ħajja. Jekk Ġesù ma jkunx fil-ħajja tiegħi, ma jkollix il-forza biex nikber bħala bniedem u s-saħħa li negħleb il-vizzji tiegħi.

Għalkemm ma‟ narawx mill-ewwel l-effett li nkunu ma‟ Ġesù meta

nirċievu l-Ewkaristija, waqt il-Quddiesa, biż-żmien nibdew

nindunaw u jibda jidher l-effett ta‟ dan. Hekk ukoll, jista‟ jkun li

maż-żmien, meta jgħaddu s-snin jidher l-effett tan-nuqqas ta‟ Alla u ta‟ Ġesù. Din ħija xi ħaġa li tfixkilna ħafna u teqridna.

Il-bniedem maħluq biex ikun f‟kuntatt kontinwu ma‟ Alla u aħna ma ngħaddux mingħajr dan il-kuntatt. Imma huwa fatt ukoll li llum-il

ġurnata, ma tantx nagħtu mportanza lil dak li hu spiritwali. Naħseb

li tajjeb għalhekk nibdew nipprattikaw dak it-talb qasir u spontanju li jiġi f‟moħħna anke waqt li nkunu għaddejjin bil-ġurnata

tagħna. Hekk kif qed nilbsu biex noħorġu filgħodu, fuq tal-linja, fil-

mixi mgħaġġel tagħna, fil-ħin tal-mistrieħ tagħna … kull meta niftakru nistgħu nerfgħu malajr ħsibijietna lejn Alla u nitolbu talb

qasir imma sinċier. Nitolbu „l Mulej biex jgħinna f‟dak il-mument

partikolari, jew nitolbu għall-persuni li jkunu qrib tagħna f‟dak il-ħin, jew ngħidu “grazzi” lil Alla ta‟ dak li qed jagħmel magħna.

Apparti dawn il-mumenti “informali” ejjew nippruvaw nagħmlu ħilitna biex insibu wkoll ċans ħalli nirċievu lil Ġesù, jew almenu

noqogħdu ftit ħin miegħu u nisimgħu l-Kelma tiegħu. F‟xi knisja

jew kappella, anke viċin fejn toqgħod, se ssib ftit kwiet fejn tista‟ tiltaqa‟ ma‟ Alla.

Jalla nkunu bħall-għassiesa tal-gardjola u nħabirku biex ma nitilfux

it-tajjeb li għandna, inkluż lil Alla.

Page 4: e-spark 18

Attent għal ħsibijietek ... dawn isiru kliemek.

Attent għal kliemek ... dawn isiru għemilek.

Attent għall-azzjonijiet

tiegħek ... dawn isiru d-drawwiet

tiegħek.

Attent għad-drawwiet tiegħek ...

dawn isiru l-karattru tiegħek.

Page 5: e-spark 18

“Do not be overcome by evil, but

overcome evil with good” (Rom

12:21, RSV).

QUOTES

“In [Christ] who is the source of my

strength I have strength for every-

thing” (Phil 4:13). “[God] chose us in [Christ], before the foun-

dation of the world, to be holy and without

blemish before him” (Eph 1:4).

“Love is patient, love is kind. It is not jealous,

[love] is not pompous, it is not inflated, it is not

rude, it does not seek its own interests, it is not

quick-tempered, it does not brood over injury, it

does not rejoice over wrongdoing but rejoices

with the truth” (1 Cor 13:4-6).

“We know that all things work for

good for those who love God,

who are called according to his

purpose” (Rom 8:28).

Page 6: e-spark 18

Father,

Thank you for each and every day you have

Bless us here on earth.

Thank you for your tender mercies.

Thank you for giving us friends and family

To share these joys with.

I ask You to bless my friends, relatives and those I care deeply for who are reading this right

now.

Where there is joy, give them continued joy,

Where there is pain, give them your peace and mercy.

Where there is self-doubt, release a renewed confidence.

Where there is need, fulfill their needs.

Bless their homes, families, finances, their goings and their comings

In Jesus' name Amen.

IS GOD CALLING ME ?

Page 7: e-spark 18

NEW WEBSITES

http://www.camcpi.org/

http://www.osv.com/ParishNav/ParishResources/tabid/67/Default.aspx

Page 8: e-spark 18

2010

the Journey. . . . Nghix kull waqt ta’ hajti fid-dawl tal-Vangelu __________________________________________________________________________________________________________________________________

Il-Ħadd

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

F r a r

17 Ġurnata sawm.

Aħseb ftit x’tixtieq tir-ranġa fil-ħajja tiegħek dan ir-Randan. Ikteb il-goal tiegħek.

18 Itlob ftit aktar

mis-soltu.

19 Ħu ftit inqas minn

dak li l-aktar tħobb.

20 Agħti ftit għa-

jnuna fix-xogħol tad-dar.

2211 LL--1 Ħadd1 Ħadd

tartar--RandanRandan

Inġabar ftit aktar mis-soltu waqt il-Quddiesa.

22 Aħseb fuq dak li

smajt fl-omelija tal-bieraħ. X’għadek tifta-kar?

23 Tbissem lil

sħabek kollha ta’ l-iskola, l-aktar dawk li forsi ma tantx tmur tajjeb magħhom.

24 Ggħin lil xi ħadd

f’li jkollu bżonn.

25 Agħmel ftit inqas

ħin fuq l-Internet jew tilgħab fuq il-computer, jew ara ftit inqas TV.

26 Illum teħux ħelu.

Il-flus agħtihom karità.

27 Mur il-Knisja u

jew sib kappella u qatta’ ftit ħin fil-kwiet quddiem Ġesù Sagra-mentat.

28 28 ItIt--2 Ħadd2 Ħadd

tartar--RandanRandan Jekk naf lil xi ħadd li ma jmurx quddies, nip-prova nħajjru jibda jmur.

M a r z u

1 Nitlob għal xi nies li

s-soltu ma tantx nifta-kar nitlob għalihom.

2 Insib ħin u nirranġa

ftit xi affarijiet li mhu-miex f’posthom p.eż. l-kamra tiegħi jew id-desk.

3 Nitlob għall-

Kappillan u s-saċerdoti tal-parroċċa tiegħi.

4 Ngħid prosit lil xi

ħadd li għamel xi ħaġa tajba.

5 “Ġesù jien inħob-

bok”. Matul dan il-jum niftakar niItlob spiss din it-talba.

6 Naqbad il-Bibbja u nfit-tex fil-Vanġelu ta’ S.Ġwann, kapitlu 1, versi 35-42. Naqra u nitlob bil-kelma t’Alla.

77 ItIt--3 Ħadd3 Ħadd

tartar--RandanRandan F’hiex qiegħed fil-goal li rrid nilħaq?

8 Illum nipprova nkun

ġeneruż u ngħin lil min hu iżgħar minni.

9 Nikteb e-mail lil xi

ħadd li ili ma narah u nara kif inhu.

10 Illum nitlob għal

aktar vokazzjonijiet.

11 Ngħid it-talb ta’

filgħaxija u nitlob għall-morda.

12 Illum nitlob għar-

refuġjati.

13 Nagħti ftit

għajnuna fid-dar.