mapping the economic impact trade in counterfeit kummerċ f ... · mapping the economic impact...

6
Kummerċ f’oġġetti ffalsifikati u ppiratati: L-IMMAPPJAR TAL-IMPATT EKONOMIKU Sommarju Eżekuttiv April 2016

Upload: others

Post on 20-Nov-2020

4 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Trade in Counterfeit Kummerċ f ... · MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Trade in Counterfeit and Pirated Goods MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Contents Section

Trade in Counterfeit and Pirated GoodsMaPPinG The eConoMiC iMPaCT

Trade in Counterfeit and Pirated GoodsMaPPinG The eConoMiC iMPaCT

Contents

Section 1. Scope and definitionsSection 2. The economic and policy landscapeSection 3. Data and methodologySection 4. Mapping counterfeit and pirated products patterns: Preliminary analysis of seizure dataSection 5. Counterfeit and pirated trade: Provenance economies and impacted industriesSection 6. The European Union case studySection 7. Conclusion

isbn 978-92-64-25264-6

Consult this publication on line at http://dx.doi.org/10.1787/9789264252653-en.

This work is published on the OECD iLibrary, which gathers all OECD books, periodicals and statistical databases. Visit www.oecd-ilibrary.org for more information.

9HSTCQE*cfcgeg+

Trade in C

ou

nterfeit and

Pirated

Go

od

s Ma

PP

inG

Th

e e

Co

no

MiC

iMP

aC

T

Kummerċ f’oġġetti ffalsifikati u ppiratati: L-IMMAPPJAR TAL-IMPATT EKONOMIKU

Sommarju EżekuttivApril 2016

Page 2: MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Trade in Counterfeit Kummerċ f ... · MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Trade in Counterfeit and Pirated Goods MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Contents Section

2

SOMMARJU EŻEKUTTIVDan l-istudju joffri analiżi aġġornata tal-impatt fuq il-kummerċ globali ta’ prodotti ffalsifikati u ppiratati, magħrufa bħala “foloz” mill-pubbliku ġenerali. Permezz ta’ analiżi statistika u permezz ta’ sett ta’ data uniku u globali li jkopri kważi nofs miljun sekwestru doganali, l-istudju jistabbilixxi s-sehem enormi tal-kummerċ internazzjonali ssekwestrat mill-oġġetti ffalsifikati u ppiratati.

Fl-2013, il-kummerċ internazzjonali ta’ prodotti ffalsifikati u ppiratati rrappreżenta sa 2.5 % tal-kummerċ tad-dinja, jew daqs USD 461 biljun. Dan huwa l-ekwivalenti għall-PDG tal-Awstrija, jew il-PDG tal-Irlanda u r-Repubblika Ċeka flimkien. Fuq kollox, għad-detenturi tad-dritt, il-gvernijiet u l-ekonomija formali kollha tista’ ssofri mit-telf ekonomiku u soċjali li huwa sinifikanti. Dan jissuġġerixxi wkoll il-qawwa finanzjarja tan-netwerks kriminali li jinsabu wara kummerċ bħal dan.

Analiżi speċifika tal-Unjoni Ewropea turi li, fl-2013, importazzjonijiet ta’ prodotti ffalsifikati u ppiratati ammontaw għal 5 % tal-importazzjonijiet, jew daqs USD 116 biljun (EUR 85 biljun). Dan jissuġġerixxi li l-impatt relattiv tal-falsifikazzjoni huwa darbtejn ogħla għal grupp ta’ pajjiżi żviluppati bħal ma huma l-pajjiżi tal-UE, milli għad-dinja kollha in ġenerali. L-ambitu ta’ dan il-fenomenu jidher li huwa ikbar milli kien għaxar snin ilu.

Studju tal-OECD li sar fl-2008 stima li l-oġġetti ffalsifikati u ppiratati ammontaw għal 1.9 % tal-importazzjonijiet mondjali, jew sa USD 200 biljun, li kien uża bħala bażi l-aħjar data u metodi iżjed illimitati li kienu disponibbli dak iż-żmien. Fil-kuntest tal-irkupru tal-kummerċ internazzjonali u l-ekonomija miftuħa u globali tal-lum, ma hemmx nuqqas ta’ opportunitajiet għal falsifikaturi u kriminali. Fil-fatt, il-kummerċ iffalsifikat u ppiratat sar theddida kbira għal kwalunkwe ekonomija moderna u dik ibbażata fuq l-għarfien.

L-għarfien tal-falsifikar u l-piraterija huwa importanti f’ekonomija globali mmexxija mill-innovazzjoni. Il-Proprjeta Intellettwali (IP) hija ġeneratur ewlieni tal-valur għall-impriżi u hija fattur għas-suċċess fi swieq kompetittivi. Fuq livell makroekonomiku, il-protezzjoni tal-IP u l-infurzar huma uħud mill-ixprunaturi ewlenin tal-innovazzjoni lijikkontribwixxu għal tkabbir ekonomiku kostanti. Minħabba l-importanza ekonomika fundamentali tal-IP, il-falsifikazzjoni u l-piraterija għandhom ikunu fil-mira diretta bħala theddida ewlenija għal mudelli tan-negozju bbażati fuq IP sostenibbli.

Ħafna prodotti huma affettwati mill-falsifikazzjoni u l-piraterija, minn oġġetti ta’ lussu u dawk bejn in-negozji għal prodotti komuni tal-konsumatur. Kwalunkwe prodott li għalih l-IP iżżid valur ekonomiku għad-detenturi tad-dritt u toħloq differenzjali fil-prezz isir mira għall-falsifikaturi. Prodotti ffalsifikati jvarjaw minn oġġetti relattivament ta’ kwalità għolja u ta’ lussu għall-konsumatur bħal arloġġi, fwejjaħ jew oġġetti tal-ġilda, għal prodotti bejn in-negozji bħal magni, kimiċi jew spare parts li jkopru l-medda kollha tal-prezzijiet. Huma fil-mira ukoll prodotti komuni tal-konsumatur bħal ġugarelli, farmaċewtiċi, kosmetiċi u affarijiet tal-ikel. Fil-fatt, kull prodott protett mill-IP jista’ jiġi ffalsifikat. Hemm ukoll rekords ta’ frawli frisk, banana, kannella jew ta’ żejt tal-ġewza tal-Indi foloz li ġew issekwestrati (ksur tat-trademark). Uħud mill-prodotti ffalsifikati, bħal farmaċewtiċi, spare parts u ġugarelli, huma ta’ kwalità baxxa, u jistgħu jikkawżaw theddid sinifikanti għas-saħħa u s-sigurtà.

Is-segmenti kollha tas-suq huma fil-mira. Il-falsifikaturi u l-pirati jimmassimizzaw il-profitti tagħhom billi jkollhom fil-mira s-segmenti kollha potenzjali tas-suq. Dan jinkludi swieq sekondarji, li fihom il-konsumaturi volontarjament jixtru prodotti kontra l-liġi minn falsifikaturi u pirati, u swieq primarji, fejn ix-xerrejja ta’ oġġetti ffalsifikati jiġu mqarrqa, billi jemmnu li qegħdin jixtru oġġetti leġittimi.

Page 3: MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Trade in Counterfeit Kummerċ f ... · MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Trade in Counterfeit and Pirated Goods MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Contents Section

Kummerċ f’oġġetti ffalsifikati u ppiratati: L-IMMAPPJAR TAL-IMPATT EKONOMIKU

Sommarju Eżekuttiv

3

Kummerċ iffalsifikat u ppiratat huwa fenomenu globali u dinamiku. Dan l-aħħar, swieq għal prodotti li jiksru l-IP saru iżjed globalizzati u huma affettwati minn xejriet globali. L-irkupru ta’ wara l-kriżi tal-kummerċ inkluż ftuħ ta’ suq li qiegħed jikber f’ħafna reġjuni, il-feġġa u l-globalizzazzjoni ta’ katini tal-valur, u kummerċ elettroniku li qiegħed jiffjorixxi fil-kummerċ globali, huma kollha involuti u bbażati fuq dinamiċi tas-suq globali, għal oġġetti leġittimi u ffalsifikati.

Prodotti ffalsifikati u ppiratati jistgħu joriġinaw mill-ekonomiji kollha fuq il-kontinenti kollha; iċ-Ċina tidher bħala l-akbar ekonomija produttriċi. Filwaqt li l-oġġetti ffalsifikati jistgħu joriġinaw minn kwalunkwe ekonomija, bħala medja, ekonomiji ta’ dħul medju u ekonomiji emerġenti għandhom it-tendenza li jkunu parteċipanti importanti fis-swieq internazzjonali għal oġġetti ffalsifikati u ppiratati. Dawn huma identifikati bħala “ekonomiji ta’ provenjenza”, jew bħala punti importanti ta’ tranżitu fil-kummerċ internazzjonali, jew bħala ekonomiji produtturi, biċ-Ċina tkun l-akbar ekonomija produttriċi. Intuwittivament, dawn l-ekonomiji għandhom it-tendenza li jkollhom kemm infrastruttura suffiċjenti, kif ukoll kapaċitajiet produttivi u teknoloġiċi li jippermettu kummerċ fuq skala kbira. Iżda, dawn l-ekonomiji jistgħu jkunu għadhom ma żviluppawx oqfsa istituzzjonali tajbin, inkluż leġiżlazzjoni relatata mal-IP u prattiki ta’ infurzar, biex jikkumbattu l-kummerċ iffalsifikat bħal dan.

Il-maġġoranza tal-marki huma milquta mill-falsifikazzjoni. Waqt li ħafna jinsabu f’pajjiżi tal-OECD, iċ-Ċina wkoll tinsab fil-mira. Analiżi ddettaljata tad-data fuq marki, flimkien mal-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tad-detenturi tad-dritt tal-ksur tal-IP, turi li l-maġġoranza tal-prodotti fil-mira mill-falsifikaturi huma rreġistrati f’pajjiżi tal-OECD - primarjament l-Istati Uniti, l-Italja, Franza, l-Iżvizzera, il-Ġappun, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Lussemburgu. Madankollu, ekonomiji emerġenti qegħdin jaraw ukoll żieda ta’ detenturi tad-dritt irreġistrati. Pereżempju, data riċenti turi li d-drittijiet tal-IP tal-kumpaniji Ċiniżi ta’ spiss ġew miksura. Jekk humiex f’ekonomiji żviluppati, jew f’ekonomiji emerġenti li qegħdin jikbru malajr, il-kumpaniji innovattivi kollha li jiddependu fuq l-IP biex jappoġġjaw l-istrateġija ta’ żvilupp globali tagħhom huma f’riskju.

Ir-rotot kummerċjali ta’ oġġetti ffalsifikati u ppiratati huma kumplessi u jistgħu jinbidlu dinamikament, inkluż punti intermedjarji ta’ tranżitu. Analiżi ta’ importazzjonijiet iffalsifikati u ppiratati fl-UE identifikat sett ta’ punti intermedjarji ta’ tranżitu importanti. Uħud minnhom, bħal Hong Kong, iċ-Ċina jew Singapore, huma ċentri importanti ta’ kummerċ internazzjonali in ġenerali. Punti oħrajn ta’ tranżitu jinkludu ekonomiji b’governanza dgħajfa ħafna u bi preżenza qawwija ta’ netwerks kriminali organizzati jew anke dawk terroristiċi (pereżempju l-Afganistan jew is-Sirja). L-analiżi turi bidliet sinifikanti minn sena għal sena, peress li t-traffikanti jisfruttaw in-nuqqasijiet ġodda ta’ governanza. Dan jirrifletti l-abbilità ta’ falsifikaturi u netwerks kriminali li jidentifikaw malajr punti dgħajfa u nuqqasijiet u konsegwentament opportunitajiet li jistgħu japprofittaw minnhom għal arbitraġġ.

Is-sehem ta’ trasbordi żgħar, l-aktar bil-posta jew b’servizz espress, qiegħed ikompli jikber. Dan huwa apparantement dovut għall-fatt li l-ispejjeż ta’ dawn il-mezzi ta’ trasport qegħdin jonqsu u minħabba li l-importanza tal-Internet u tal-kummerċ elettroniku f’kummerċ internazzjonali qiegħda tiżdied. Għat-traffikanti, it-trasbordi ż-żgħar huma wkoll mod biex jevitaw li jinqabdu u biex inaqqsu r-riskju ta’ sanzjonijiet. Dan minn naħa jżid l-ispejjeż tal-kontrolli u d-detenzjoni għad-dwana u jippreżenta sfidi addizzjonali sinifikanti għall-awtoritajiet ta’ infurzar. Il-ġestjoni ta’ tali volum enormi ta’ sekwestri, mill-ipproċessar għad-distruzzjoni b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, tirrappreżenta piż sinifikanti fuq l-operazzjonijiet doganali u spiża għal kontribwenti tat-taxxa.

Page 4: MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Trade in Counterfeit Kummerċ f ... · MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Trade in Counterfeit and Pirated Goods MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Contents Section

4

Hemm bżonn ta’ aktar investigazzjonijiet biex jindirizzaw din l-isfida, biex b’hekk il-pajjiżi jistgħu, individwalment imma wkoll b’mod kooperattiv, joħolqu politika adegwat u soluzzjonijiet tal-infurzar. Informazzjoni dwar id-daqs, il-kamp ta’ applikazzjoni u x-xejriet tal-kummerċ iffalsifikat u ppiratat hija kruċjali biex wieħed jifhem in-natura tal-isfidi ffaċċjati mill-gvernjiet u detenturi ta’ drittijiet. Madankollu, ir-riżultati attwali jiddependu fuq l-osservazzjonijiet tas-sekwestri doganali u ma jinkludux prodotti ffalsifikati u ppiratati li ġew immanifatturati u kkonsmati lokalment u prodotti diġitali ppiratati fuq l-internet. Minn dan joħroġ li hemm bżonn ta’ iżjed analiżi f’dan ir-rigward

Ir-rapport sħiħ huwa disponibbli fuq www.euipo.europa.eu u www.oecd-ilibrary.org

Page 5: MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Trade in Counterfeit Kummerċ f ... · MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Trade in Counterfeit and Pirated Goods MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Contents Section

Kummerċ f’oġġetti ffalsifikati u ppiratati: L-IMMAPPJAR TAL-IMPATT EKONOMIKU

Sommarju Eżekuttiv

5

Trade in Counterfeit and Pirated GoodsMaPPinG The eConoMiC iMPaCT

Trade in Counterfeit and Pirated GoodsMaPPinG The eConoMiC iMPaCT

Contents

Section 1. Scope and definitionsSection 2. The economic and policy landscapeSection 3. Data and methodologySection 4. Mapping counterfeit and pirated products patterns: Preliminary analysis of seizure dataSection 5. Counterfeit and pirated trade: Provenance economies and impacted industriesSection 6. The European Union case studySection 7. Conclusion

isbn 978-92-64-25264-6

Consult this publication on line at http://dx.doi.org/10.1787/9789264252653-en.

This work is published on the OECD iLibrary, which gathers all OECD books, periodicals and statistical databases. Visit www.oecd-ilibrary.org for more information.

9HSTCQE*cfcgeg+

Trade in C

ou

nterfeit and

Pirated

Go

od

s Ma

PP

inG

Th

e e

Co

no

MiC

iMP

aC

T

Page 6: MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Trade in Counterfeit Kummerċ f ... · MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Trade in Counterfeit and Pirated Goods MaPPinG The eConoMiC iMPaCT Contents Section

Trade in Counterfeit and Pirated GoodsMaPPinG The eConoMiC iMPaCT

Trade in Counterfeit and Pirated GoodsMaPPinG The eConoMiC iMPaCT

Contents

Section 1. Scope and definitionsSection 2. The economic and policy landscapeSection 3. Data and methodologySection 4. Mapping counterfeit and pirated products patterns: Preliminary analysis of seizure dataSection 5. Counterfeit and pirated trade: Provenance economies and impacted industriesSection 6. The European Union case studySection 7. Conclusion

isbn 978-92-64-25264-6

Consult this publication on line at http://dx.doi.org/10.1787/9789264252653-en.

This work is published on the OECD iLibrary, which gathers all OECD books, periodicals and statistical databases. Visit www.oecd-ilibrary.org for more information.

9HSTCQE*cfcgeg+

Trade in C

ou

nterfeit and

Pirated

Go

od

s Ma

PP

inG

Th

e e

Co

no

MiC

iMP

aC

T

Sommarju EżekuttivApril 2016

Kummerċ f’oġġetti ffalsifikati u ppiratati:

L-IMMAPPJAR TAL-IMPATT EKONOMIKU