milied Ħieni lil kulħadd - university of malta · 2017-10-04 · li jgħamlu il-membri tal-kor...

8
Association of the Members of theU3E NEWSPAPER POST • NO 4/2016 • DIċEMBRU 2016 Milied Ħieni lil Kulħadd

Upload: others

Post on 22-Jun-2020

6 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Milied Ħieni lil Kulħadd - University of Malta · 2017-10-04 · li jgħamlu il-membri tal-kor biex wara il-lectures kull nhar ta’ Ħamis jgħamlu il-provi neċessarji biex jkunu

Association of theMembers of theU3E

NEWSPAPER POST • NO 4/2016 • DIċEMBRU 2016

Milied Ħieni lil Kulħadd

Page 2: Milied Ħieni lil Kulħadd - University of Malta · 2017-10-04 · li jgħamlu il-membri tal-kor biex wara il-lectures kull nhar ta’ Ħamis jgħamlu il-provi neċessarji biex jkunu

Design and PrintFive Star Printing& Design Ltd.Triq l-IskulturQormi QRM 3580

U3E Offices Catholic Institute FlorianaTel: 2124 3202 Email: [email protected]

Opening hours: Monday to Thursday9.00 am to 11.00 am.

Members of the AssociationWho wish to publish articles,Suggestions, comments, etc.In the Newsletter are asked To submit them to the Editorial Board for approval.

Editorial BoardEditor Martin Diacono

PublisherMartin Diacono

Assistant PublisherLino Bartolo

EDITORJAL

President Martin Diacono

DIċEMBRU 2016

GĦEŻIEŻ MEMBRIIssa kif wasalna għall-aħħar ta’ l-ewwel semestru qed naraw li t-“topics” li bdejtu tattendu waslu għat-tmiem tagħhom. Ninsab żgur li dawn kienu popolari ħafna magħkom il-membri u dan turuħ bl-attendenża kbira li kien ikun hemm għalihom. Issa deħlin għal zmien il-festi tal-Milied u ser tibdew il-preparamenti għal daż-żmien tant sabiħ u għażiż għalina l-maltin. Jibda l-uġigħ ta’ ras x’rigali wieħed ser jixtri. Ma jonqsux ukoll il-preparamenti għat-tiżjin u għall-ikla tal-Milied. Madankollu m’għandux jonqos is-sens ta’ solidarjeta’ ma min hu fil-bżonn. Ikun ħawn ħafna attivitajiet għall-ġbir ta’ fondi minn bosta għaqdiet li jaħdmu għall ġid ta’ min fostna huwa batut. Jien żgur li l-kon-tribut tagħkom mhux ser jonqos.

Meta nerġgħu’ niltaqgħu s-sena d-dieħla inkunu ser nibdew it-tieni semest-ru fejn ser issibu suġġetti ġodda bħal “L-Arti fi Spanja” mas sur Antonio Es-pinosa Rodriguez kif ukoll dawk li rajna s-sena li għaddiet, bħal “Il-Kursari f ’Malta” mas-sur Liam Gauci, “La Divina Commedia” mal Professur Joseph Brincat, fejn dan issa ser ikellimna fuq il-Purgatorju u l-Ġenna.

Nilqgħu b’sodisfazzjon il-ħatra tas-Sinjura Ħelen Mallia bħala l-ewwel Kummissarju għall-Anzjani.

B‘hekk aħna l-anzjani ser ikollna min isemma’ il-problemi li niltaqgħu magħhom. Nawgurawlha f ’isimna kollha l-ħidma t-tajba.

Nagħlaq billi mingħandi u mingħand l-kumitat tal U3e ngħad-dilkom l-awguri għal-Milied ħieni lilkom u lil familji tagħkom u ninsab żgur li ser nerġħu narakhom fin-numru kbir bħal dejjem għat-tieni semestru.

Martin DiaconoPresident

2 U3E NEWSLETTER • DECEMBER 2016

Page 3: Milied Ħieni lil Kulħadd - University of Malta · 2017-10-04 · li jgħamlu il-membri tal-kor biex wara il-lectures kull nhar ta’ Ħamis jgħamlu il-provi neċessarji biex jkunu

Rapport Amministrattivgħas-sena Ottubru 2015 / 2016

Matul is-sena l-Kumitat tal-Assoċjazzjoni ltaqa 11 il-darba. Il-Kumitat kien kompost hekk: President u PRO : Martin Diacono, Viċi President u kordina-tur Cottonera Branch : James Souness, Segretarju : Lino Bartolo, Kaxxier : Salvu Attard, Responsabbli mill-attivitajiet : Marija Ciantar u Michelle Zam-mit, mgħejunin minn Maryrose Attard, Kordinatur tat-Trasport : Catherine Ebejer u Martin Diacono, Kordinatur għall-kor u Sliema Branch Gemma Vella, Asst. Segretarju : Joe Ciantar. Matul is-sena rriżenja mill-Kumitat minħabba f’impenji oħra. Salvu Attard baqa rapprezentant tal-Azzoċjazzjoni fuq il-KSU u fil-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani.

Wara li saret l-aħħar Seduta Ġenerali fit-30 ta’ Ottubru 2015 kif intqal diġa fil-minuti moqrija, l-Kumitat kien jiltaqa regolarment biex jara kif kien l-aħjar mod kif l-Assoċjazzjoni tista b’mod konkret tilħaq lil membri tagħħa li ta’kull sena kienu qed jizdiedu. Matul din is-sena l-Assoċjazz-joni kellha 550 membru. Il-Kumitat jħoss li l-Mag-azine huwa l-iktar mod effettiv li jilħaq lill membri kollha. Dan qiegħed joħroġ kull tlett xhur u huwa sabiħ fid-dehra u nformattiv. Dan qiegħed jintbgħat bil-posta biex il-membri kollha jkunu nfurmati b’dak li l-Assoċjazzjoni tkun qed torganizza.

Il-Kor tal-Assoċjazzjoni matul din is-sena ukoll ta’ s-seħem tiegħu f’diversi attivitajiet li norganiz-zaw. Irridu hawnhekk napprezzaw is-sagrifiċċju li jgħamlu il-membri tal-kor biex wara il-lectures kull nhar ta’ Ħamis jgħamlu il-provi neċessarji biex jkunu jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet li jiġu organizzati. Il-membri tal-kor żaru diversi Djar tal-Anzjani f’żmien il-Milied fejn ferrħu lil dawk preżenti u jieħdu sehem ukoll fil-quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Attivita’ importan-ti oħra għall-kor huwa il-kuncert li jgħatu qabel

l-ikla tradizzjonali tal-Milied li l-Assoċjazzjoni torganizza ta’kull sena ghall-Membri. Ħajr spec-jali tmur lil dame Marie Therese Vassallo u r-raġel tagħħa tal-għajnuna kontinwa li jgħatu kif ukoll mill-pjanisti is-sinjuri Amelia Calleja, Lydia Gera-da u Carmen Azzopardi. Attivita’ oħra li ħa sehem fiha il-kor kienet dik organizzata mil-Għaqda pens-jonanti tal-General Workers Union fil-15ta’Diċem-bru 2016 ġewwa l-Belt Valletta.

Minn hawn nixtieq ngħamel appell lill membri speċjalment lill rġiel li minn jixtieq jidħol u jgħati l-għajnuna tiegħu fil-kor jgħidilna u zgur li jiġi milqugħ bil-qalb.

Attivita’ oħra organizzata lill-Assoċjazzjoni huma l-lezzjonijiet tal-Keep-fit u Line Dancing. Dawn jsiru ukoll wara l-lectures. Din is-sena naqset xi ftit l-attendenza għall-dawn il-lezzjonijiet. Għalhekk il-Kumitat iddeċieda li biex jsiru dawn l-attivita-jiet jrid talinqas jkun hemm 15 il-parteċipant. Din is-sena il-Kumitat bi prova ser jibda ukoll korsijiet ta’Ballroom Dancing.

L-Attivitajiet kulturali ma naqsux lanqas din s-sena, u rridu nistqarru li kienu ppatronizzata tajjeb mill-membri. Jiddispjaċina li billi n-numru tal-postijiet ġieli jkun limitat jkollna nirrifjutaw lill x’uħud li jħallu għall-aħħar biex jibbukkjaw. Dan jsir kontra kull xewqa tagħna imma mhux dejjem jkun jiddependi minnħa. Ghalħekk inħeġġu lil membri biex kif joħorġu l-avviżi jibbukkjaw mill-ewwel.

Din is-sena għamilna ħarġiet għall-Smart City , għall-wirja tal-Assedju il-Kbir li saret fil-Palazz tal-President il-Belt Valletta li nqasmet f’zewġ sessjonijiet, għar-Reverse Osmosis u anke ħarġa għall-Għawdex fis-6ta’Mejju 2016. Barra minhekk

Il-ftuħ tas-Sena Akkademika 2015/2016 saret fis-Sala San Ġorġ Preca l-Ġimgħa 7 ta’ Ottubru 2015 fid-9.00a.m. Iċ-Ċerimonja bdiet billi Mons Arċhisqof Emeritus Pawlu Cremona ċċelebra il-Quddiesa u għamel Omelija tal-okkazzjoni waqt li l-kor tal-Assoċjazzjoni mmexxi min Dame Marie Therese Vassallo ħa ħsieb il-Kant. Wara saru diskorsi ta’merħba mis-Sur Joe Said, Martin Diacono l-President tal-Assoċjazzjoni, Profs. Joseph Troisi, Is-Sur Joe Friggieri għall-Universita’ u Is-Segretarju Parlamentari għall-Kura tal-Anzjani Justine Caruana. Wara l-Assoċjazzjoni għamlet is-soltu bibita fis-Sala Mons. Gonzi għall-membri prezenti.

3U3E NEWSLETTER • DIĊEMBRU 2016

Page 4: Milied Ħieni lil Kulħadd - University of Malta · 2017-10-04 · li jgħamlu il-membri tal-kor biex wara il-lectures kull nhar ta’ Ħamis jgħamlu il-provi neċessarji biex jkunu

organizzajna r-Round Malta Trip bil-Boat ta’Cap-tain Morgan li kien jinkludi wkoll snack. Għall-dan il-boat trip kienu attendew 70 persuna.

Imma forsi il qofol tal-attivitajiet kulturali laħaq bil-mawra tagħna fi Sqalli fejn zorna Chairamonte Gulfi , Scicli u anke kellna ikla tajba ġewwa Agri Turiżmu. Fuq din il-mawra fi Sqallija kellna kliem ta’ tifħir minn dawk kollha li attendew, imma ħajr speċjali jmur ukoll lill Aġenzija tal-ivvjaġġar ta’ Joe Micallef li pprovdiet Tour Leader tajjeb kif ukoll dak kollu neċessarju. Fuq talba tal-membri stess qegħdin naħdmu biex din il-mawra din is-se-na tkun u tlieta jew erba t’ijiem.

Għall-Attivita’ tal-Ewwel Ġimgha tax-xaħar ukoll morna fil-knisja tal-Universita’ tal-Qroqq, għand l-Ursolini fi G’Mangia fejn anke ngħatat donazz-joni lis-Sorijiet, kif ukoll fil-Knisja ta’Santu Wistin ir-Rabat Malta. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill Joe Casha li jieħu ħsieb jorgannizza dak li jkun hemm bżonn f’dawn l-okkażżjonijiet.

Id-Day of Recollection din is-sena saret fil-Lukan-da Qawra Palace, il-Qawra u għall-din l-attivita’ li ssir dejjem fi żmien ir-Randan attendew 116 il-ruħ. Il-predikatur kien FR.Mario Borg OCD. F’nofs in-nhar kien hemm buffet lunch fl-istess lukanda.

L-ikla tal-Milied saret fit-18 ta’ Diċembru 2015 fil-Lukanda Palace tas-Sliema, fejn sar is-soltu kun ċert ta’għanjiet tal-Milied mill-Kor u wara saret l-ikla fis-sala ewlenija tal-Lukanda. Għalkemm il-Kumitat talab diversi stimi u Menus minn lukan-di oħra pero’ dak li ipprovdiet il-lukanda Palace kien l-iktar vantaġġus. Jiddispjaċina li kien hemm xi tgergir minħabba fid-dewmien waqt it-tqassim tal-ikel imma il-kumitat diġa ha ħsieb li ghall-dar-ba oħra dan żgur ma jsirx. Attendew 160 ruħ.

L-Assoċjazzjoni din is-sena xtrat ukoll projector ġdid biex jkun jista jintuża waqt il-lectures billi dak li kellna qabel kien spiċċa. Kellna ukoll talba mill-Prof. Joe Troisi biex l-Assoċjazzjoni tħallas il-kont tat-telefon tal-uffiċċju li dejjem tħallas mill-Universita’. Il-Kumitat ma qabilx ma din it-talba u nforma lill Prof. Troisi li l-assoċjazz-joni diġa kienet qed toffri diversi servizzi oħra għall-benefeċċiju tal-Universita’ tat-Tielet Eta’.

Fil-25ta’Mejju fis-Sala San Ġorġ Preca saret iċ-Ċerimonja tal-għoti taċ-Ċertifikati lill dawk li

attendew għall-korsijiet fis-snin 2013, 2014. F’din iċ-ċelebrazzjoni ħa seħem ukoll il-kor tagħna u saru Diskorsi mill-Prof Troisi u mill-Pro Rettur Il-Profs.Joe Friggieri. Wara sar it-tqassim taċ-Ċer-tifikati lil membri. Jkollna ngħidu li ma konniex kuntenti bl-attendenza tal-membri preżenti forsi minħabba li din iċ-ċerimonja saret filgħaxija u l-anzjani jippreferu li ma joħorġux dak il-ħin.

Għall dawk li kienu jattendu s-sena l-oħra, indun-aw li nbidel ukoll il-post tal-Uffiċċju li għandna isfel. Dan sar fuq talba tad-direzzjoni tal-Istitut kattoliku, u jkollna nistqarru li huwa f’post iktar ċentrali u milħuq mill-membri.

Matul din is-sena jiena u l-President attendejna għall-ftuħ taċ-Ċentru għall-Kunsill Nazzjnali tal-Anzjani f’Santa Venera li sar mill-President Tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca. Kellna ukoll laqgħa uffiċċjali tal-Kunsill Nazzjon-ali tal-Anzjani fejn b’mod kordjali spegajnielhom ix-xogħol u il-Ħidma tal-Assoċjazzjoni li tħaddan madwar 550 membru. Tkellimna magħhom dwar il-problema li ħafna anzjani qed jsibu meta jiġu biex jsiefru għaliex ma jkollomx minn jinxurjhom. Il-Kunsill wegħdna li ser jistudja din il-problema reali u ser jressaq quddiem l-Awtorita xi suġġeri-menti.

Qegħdin fl-aħħar preparamenti biex nistampaw l-Istatut il-ġdid bil-Malti u bl-Ingliż u fih ser jiġu nkorporati l-emmendi kollha li saru maż-żmien. Meta jkun lest tingħata kopja lil membri kollha.

Għeżież membri, din hi l-Assoċjazzjoni tagħkom, tagħmluha intom bil-preżenza tagħkom fl-attivitaji-et kollha li jiġu organizzati għalikom. Aħna nis-tennew li meta tridu tressqu l-ilmenti u s-suġġeri-menti taghkom, tagħmlu dan. Dawn jiġu milqugħa bil-qalb. Nilqgħu ukoll kull kritika kostruttiva li tistgħu tagħamlulu għax nafu li b’hekk nistgħu ntejbu il-prodott tal-ħidma tagħna.

Qabel nagħlaq dan ir-rapport tiegħi nixtieq nwassal r-ringrazzjamenti tiegħi lill President u l-mem-bri tal-kumitat kollu li issa ser jtemmu it-term tagħhom, għas-seħem tagħhom matul din is-sena ta’ ħidma għall-Assocjazzjoni. Nirringrazzja lil Prof. Joe Troisi waqt li f’isimkom nixtieqlu fejqan ta’ malajr, lis-sur Joe Said tal-għajnuna u l-koper-azzjoni tieghu matul is-sena kollha, nirringrazzjaw lill Dame Marie Therese Vassallo u lir-raġel tagħha

4 U3E NEWSLETTER • DIĊEMBRU 2016

Page 5: Milied Ħieni lil Kulħadd - University of Malta · 2017-10-04 · li jgħamlu il-membri tal-kor biex wara il-lectures kull nhar ta’ Ħamis jgħamlu il-provi neċessarji biex jkunu

għas-servizz kontinwu li jgħatu lil kor biex jkun jista’ jibqa miexi u joħloq ċellula oħra ta’diverti-ment għall-membri. Grazzi mill-qalb tmur ukoll lil Mons Ġwann Galea Direttur tal-Istitut Katto-liku u lil Frankie l-handyman li bil-qalb jgħatu l-għajnuna tagħhom kull meta jkun hemm bzonn. Fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja lilkom għeziez membri tal-koperazzjoni, u nkoraggiment li dejjem sibna mingħandkom u nwegħdukom li ser nagħm-

lu il-ħila tagħna biex l-Assoċjazzjoni tal-membri ta’ l-Universita’ tal-membri tat-tielet eta’ tkompli tikber u tissaħaħ. Grazzi.

Illum il-Ġimgħa 28 ta’Ottubru 2016.

Martin Diacono Lino BartoloPresident Segretarju

5U3E NEWSLETTER • DIĊEMBRU 2016

COMMITEE 2016-2018

President Martin Diacono

Vice President James Souness

SecretaryLino Bartolo

TreasurerSaviour Attard

University Co-OrdinatorJoseph Said

Maria Ciantar Michelle Zammit Catherine Ebejer Gemma Vella Mary Rose Attard

Joe Vella Tessie Camilleri

Members

Commitee

Page 6: Milied Ħieni lil Kulħadd - University of Malta · 2017-10-04 · li jgħamlu il-membri tal-kor biex wara il-lectures kull nhar ta’ Ħamis jgħamlu il-provi neċessarji biex jkunu

Is-Siġra tal-MiliedMinn żmien il-pre-istorja, ic-“Celts” fin-naħa ta’ fuq ta’ l-Ewropa, kienu jqimu lil Druntia alla tas-siġar u reġina tad-Druwidi. Siġar kbar ( fir trees) kienu jinħarqu u torċa qawwija kienet tinxtegħel fl-aħħar tas-sena u b’tama ta’ sena ġdida.

Fis-sittax il-seklu, siġra kbira tas-sapindus kienet titpoġġa f’nofs il-knisja kollha mzejna b’tuffieħ aħmar ta’ l-Alsace, kienet simbolu tas-siġra ta’l-għerf fil-ġnien ta’ l-Eden. Biż-żmien, mal-frott tat-tentażżjoni (it-tuffieħa) żdidu wkoll l-istji mhux ikkonsagrati, simbolu tar-redenżjoni w fjuri kkulu-riti tal-karti. M’għaddiex wisq żmien li n-nies ma bdewx jarmaw is-siġra f’dahrom.

Sa l-aħħar tas-seklu sbatax, insibu li kienu jiddend-lu mas-siġra stilel u figuri ta’ anġli. Wara bdew jagħmlu figuri bl-għaġina w jzejnuhom biz-zokkor jew bix-ċikkulata. Fl-aħħar, kienu jgerbu l-lews u l-ġewz f’karti jleqqu u jdendluhom ukoll.

Jingħad li darba, wara nixfa kbira, kien hemm nuqqas ta’ tuffieħ u ġewz fir-raħal ta’ Gottenburg. Ħaddiem tal-ħġieġ, ġietu l-idea li jagħmel blalen tal-ħġieg. L-ideja qabdet bis-sħiħ u nsibu li sa l-1850, blalen tal- ħġieġ ħomor, kienu ħadu post it-tuffieħ u ftit wara, anki x-xemgħa tilfet posta għad-dawl mas-siġra.

Veru li l-Alsace huwa post is-siġra w it-tradiżżjoni-jiet tal-Milied. Fi-żmien il-Milied, isiru jżjed minn 400 celebrazzjonijiet li jiġbdu lejhom turisti minn kull parti tad-dinja. F’Strasburg ( la Capitale de Noel) , it-tieni belt tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, tintra-ma l-akbar siġra.

Il “Christ Kindles Markt”, jew is-suq tal-Milied,

Strasburg

Is-suq tal-Milied f’Colmar

Il-knisja ta’ San Ġorġ f’Salestat

Mon beau Sapen Int siġra ta’ l-għerfRoi de la foret Re tal-forestaToi que Noel Int li ddaħlilnaPlanta chez nous. Il-festa tal-Milied.

Marcelle Tomasuolo Dandria

huwa ferm popolari F’Colmar fejn isir suq tas-siġar tal-Milied u f’Salestat issir wirja ta’ l-istorja tas-siġra tal-Milied fil-knisja ta’ San Ġorġ fejn jingħad li bdiet it-tradizzjoni qabel l-1521.

6 U3E NEWSLETTER • DIĊEMBRU 2016

Page 7: Milied Ħieni lil Kulħadd - University of Malta · 2017-10-04 · li jgħamlu il-membri tal-kor biex wara il-lectures kull nhar ta’ Ħamis jgħamlu il-provi neċessarji biex jkunu

Chippenham George worked for the Post Office and his job was to process all the mail that had illegible addresses.One day just before Christmas, a letter landed on his desk simply addressed in shaky handwriting: ‘To God’. With no other clue on the envelope, George opened the letter and read:

Chippenham George was really touched, and being kind hearted, he put a copy of the letter up on the staff notice board at the main Fareham sorting office where he worked. The letter touched the other postmen and they all dug into their pockets and had a whip round. Between them they raised £95. [$170 USD] Using an officially franked Post Office envelope, they sent the cash on to the old lady, and for the rest of the day, all the workers felt a warm glow thinking of the nice thing they had done.

The Missing Five Pound Note

Dear God,I am an 93 year old widow living on the State pension. Yesterday someone stole my purse. It had £100 in it, which was all the money I had in the world and no pension due until after Christmas.Next week is Christmas and I had invited two of my friends over for Christmas lunch. Without that money, I have nothing to buy food with. I have no family to turn to, and you are my only hope. God; can you please help me?

Christmas came and went. A few days later, another letter simply addressed to ‘God’ landed in the Sorting Office. Many of the postmen gathered around while George opened the letter. It read,

Dear God, How can I ever thank you enough for what you did for me? Because of your generosity, I was able to provide a lovely luncheon for my friends. We had a very nice day, and I told my friends of your wonderful gift - in fact we haven’t gotten over it and even Father John, our parish priest, is beside himself with joy. By the way, there was £5 missing. I think it must have been those thieving fellows at the Post Office.

George could not help musing on Oscar Wilde’s quote: ‘A good deed never goes unpunished’

7U3E NEWSLETTER • DIĊEMBRU 2016

Page 8: Milied Ħieni lil Kulħadd - University of Malta · 2017-10-04 · li jgħamlu il-membri tal-kor biex wara il-lectures kull nhar ta’ Ħamis jgħamlu il-provi neċessarji biex jkunu

NATIVITY CRIBSCribs are typical all over the catholic world. They are divided into different types, the traditional ones, such as those seen in Malta. During the Christmas festive period a large number of people throng to see the many cribs on display all over Malta and Gozo, both in churches, clubs and private homes.

A typical Maltese Crib

There are other types of cribs such as the Neapolitan and the Spanish ones which are similar, with the characters depicted in contemporary clothing. In these figures one can identify personalities both political as well as renowned persons

Maria Diacono

A Spanish Crib

However the most elaborate cribs are the Neapolitan ones. The picture below shows one of the four sides of the immense crib in the Reggia of Caserta. The nativity scenes show the everyday life of the people.

A Nepolitan Crib