year 4 malti reviżjoni · 2020. 3. 22. · jien mort niekol għand ___ħbieb u ___kuġini...
TRANSCRIPT
-
Name: ______________________
1
Year 4
Malti Reviżjoni
Grammatika
Grammatika:
1. Alfabet Vokali – A, E, I, O, U, IE
Konsonanti Xemxin (Ċ, D, N, R, S, T, X, Ż, Z)
Konsonanti Qamrin (B, F, Ġ, G, GĦ, H, Ħ, K, L, M,
P, Q, V, W)
Ordni Alfabetika
2. L-artiklu il-: quddiem kliem li jibdew b’konsonanti qamrin eż. il-
ħaxix, il-bezzun
l-: quddiem kliem li jibdew b’vokali, h jew għ
eż. l-arblu, l-għasfur, l-hena
iċ-/id-/in-/ir-/is-/it-/ix-/iż-/is-: quddiem kliem li jibdew
b’konsonanti xemxin
eż. iċ-ċirasa, in-nanna, iz-zokkor
l-i: quddiem kliem li jibdew b’żewġ konsonanti
eż. l-iskola, l-istudent
3. Nomi Persuni, annimali, postijiet, oġġetti
Komuni u Proprji
Kollettiv eż. Bukkett fjuri, mazz karti
4. Maskil u Femminil
5. Singular u Plural
6. Aġġettivi Kliem li jiddeskrivu
7. L-Oppost Eż. twil – qasir, kbir – zgħir
8. Pronomi
Dimostrattivi
Eż. Dan, din, dawn, dawk
9. Verbi Kmand/ Imperattiv eż. Qum, ixrob, orqod
Mamma (insaqsu “hu x’għamel ilbieraħ?”) eż. Raqad,
xegħel, kiser
Għerq (skeletru tal-mamma) eż. Raqad – R-Q-D
-
2 Ms. K. Sammut
10. Partiċelli Ma’, fi, ġo, bħal, sa, etċ...
Għalhekk, għalxejn, mingħajr, minflok, etċ...
11. Numri sa 100
-
3 Ms. K. Sammut
Agħmel ċirku man-nomi proprji.
Jannar Barmil Pala Marzu Tabib Borg, Għalliema
Il-Ħadd Kelb Iljun Il-Ġimgħa Bitħa
Tifla In-Naxxar Ruma Ruth Larinġa
Bezzina Londra Tuffieħa
Agħti l-maskil jew il-femminil ta’ dawn il-kliem.
Maskil Femminil
Seftur
Kok
Omm
Għalliema
Franċiż
Spiżjara
Sinjur
Ġgant
Tabiba
Kuġina
Neputi
-
4 Ms. K. Sammut
Imla bl-artiklu.
1. Ħdejn ___baħar kien hemm ___rizzi u ___bebbux.
2. Toni mar ___festa u xtara ___qubbajd.
3. Jien idejquni ___sħana u ___ riħ isfel .
4. Jien mort niekol għand ___ħbieb u ___kuġini fil-vaganzi.
5. ___studenti u ___għalliema daħlu fil-klassi.
6. Marija marret tixtri ___libsa u ___żarbun għall-festin.
Uża dan, din, dawn, dak, dik, dawk skont kif meħtieġ.
1. _______ it-tifel t’hawn mar dawra bid-dgħajsa.
2. Ilbieraħ, _______ t’hemm rebħu l-medalja tal-fidda.
3. _______ il-ktieb interessanti imma _______ li urejtli qabel le.
4. Newwilli _______ il-flixkun tal-ilma.
5. _______ t’hemm qabdu lampuka.
6. _______ t’hemm joqgħod l-Imsida.
7. _______ it-tifel kisser il-mikroskopju.
Agħti l-plural ta’ dawn.
Singular Plural
Raġel fqir
Mara sinjura
Barri kbir
Ġgant twil
-
5 Ms. K. Sammut
Ktieb oħxon
Nanna ħelwa
Xogħol ħafif
Nar jaħraq
Sqaq dejjaq
Imla bin-nom kollettiv.
1. Missieri ta __________ fjuri lil ommi.
2. Ħija tilef __________ ċwievet.
3. Inġabru __________ nies fuq il-post tal-aċċident.
4. Inti qatt rajt __________ vapuri?
5. Fis-siġra hemm __________ għasafar.
6. Ġanni tilef __________karti tal-logħob.
7. Illum rari tara __________mogħoż.
8. Hemm __________nemel fil-bitħa.
Qabbel in-numri. Uża riga.
54 Għoxrin
99 Ħamsa u erbgħin
83 Tmienja u tletin
17 Erbgħa u ħamsin
20 Disgħa u disgħin
45 Sbatax
38 Tlieta u tmenin
-
6 Ms. K. Sammut
Ikteb il-kmand ta’ dawn il-verbi fis-singular (inti).
1. __________ il-ħabel. (ġibed)
2. __________ it-tuffieħa. (gidem)
3. __________ ix-xogħol. (għamel)
4. __________ ktieb mil-librerija. (għażel)
5. __________ wiċċek. (ħasel)
6. __________ ’il bogħod. (ħarab)
7. __________ x’se tikteb. (ħaseb)
8. __________ il-karozza. (ħasel)
9. __________ il-bitħa. (kines)
10. __________ isfel. (niżel)
Ikteb sentenzi b’dawn il-verbi.
Ikteb__________________________________________________________
______________________________________________________________
aqbeż ___________________________________________________________
________________________________________________________________
aqsam___________________________________________________________
________________________________________________________________
irkeb ___________________________________________________________
________________________________________________________________
Ikteb il-mamma u l-għerq ta dawn il-verbi.
Verb Mamma Għerq
ħarbet ħarab ħ-r-b
-
7 Ms. K. Sammut
kisru
jagħmel
jikteb
sraqna
telqet
ħaslu
wasalt
rikbu
Aqra s-silta.
L-iljuni huma annimali li jgħixu fil-kontinent
tal-Afrika u fil-kontinent tal-Asja. Fiż-
żminijiet imgħoddija dawn l-annimali kont
issibhom anke fil-kontinent tal-Ewropa. L-
iljuni tista’ tarahom ukoll fiż-żoos.
(paragrafu 1)
L-iljuni jagħmlu parti mill-familja tal-qtates. F’din il-familja fost l-oħrajn hemm
il-qtates, it-tigri u l-leopardi. L-iljun hu t-tieni l-akbar qattus fid-dinja. Dawn l-
annimali jistgħu jgħixu bejn wieħed u ieħor sa sittax-il sena fis-selvaġġ. Kif
tagħraf iljun minn iljunessa? L-iljun ikun akbar u itqal filwaqt li jkollu ħafna pil
madwar rasu li jibqa’ nieżel sa taħt wiċċu. Denb l-iljun ikollu ballun żgħir ta’ pil
skur fit-tarf. (paragrafu 2)
L-iljuni huma annimali veloċi għax jiġru ħafna. Barra minn hekk huma
għawwiema tajba ħafna. Matul il-jum l-iljuni jagħmlu ħafna ħin reqdin. Fil-fatt
jagħmlu bejn 16 u 21 siegħa reqdin. Il-kelb jinbaħ, il-qattus inewwaħ, l-għasfur
ipespes u l-iljun x’jagħmel? L-iljun igargar. L-għajta tiegħu tant hi qawwija li
tinstema’ minn madwar tmien kilometri ’l bogħod. Huma jagħmlu dan biex
jikkomunikaw ma’ iljuni oħra tal-grupp tagħhom li jkunu ’l bogħod minnhom
-
8 Ms. K. Sammut
biex dawn jingħaqdu mal-grupp. L-iljuni jgargru biss meta jkunu fil-post fejn
ikunu joqogħdu. (paragrafu 3)
L-ikel ta’ dawn l-annimali hu l-laħam. Fil-fatt huma jikkaċċjaw annimali bħal
żebri, ħnieżer u ċriev. Kultant jieklu wkoll ġrieden, għasafar u fniek selvaġġi.
Mhux l-ewwel darba li tarahom jisirqu xi ikel mingħand annimali oħra li jieklu l-
laħam. L-iljuni huma annimali li jgħixu fi grupp. F’dan il-grupp ikun hemm ħafna
ljunessi u ż-żgħar tagħhom u madwar tliet iljuni. Huma l-iljunessi li jipprovdu l-
ikla lill-grupp tagħhom. Dan għaliex huma eħfef mill-iljuni u allura jaqbdu l-
annimali aktar malajr. Huma joħorġu għall-kaċċa fi gruppi. Dan jagħmluh meta
jibda jidlam jew fis-satra tal-lejl. Dan għaliex matul il-ġurnata tkun wisq sħana
għalihom biex jiġru wara xi annimal u jaqbduh. (paragrafu 4)
Waqt li l-iljunessi jkunu għall-kaċċa, xogħol l-iljuni
jkun li jipproteġu l-grupp tagħhom speċjalment l-
iljuni ż-żgħar. Malli l-iljunessi jieħdu l-ikel lill-grupp
tagħhom, huma jaqsmuh flimkien bħal familja.
Madanakollu hemm ordni kif jittiekel l-ikel. Fil-fatt
l-ewwel jieklu l-iljuni, imbagħad l-iljunessi u fl-
aħħar jieklu ż-żgħar. L-iljuni jieklu aktar mill-iljunessi. (paragrafu 5)
Sfortunatament dan l-annimal jinsab mhedded għax qed jiġi kkaċċjat min-nies
bħala sport. Barra minn hekk qed jonqoslu l-post fejn jgħix. (paragrafu 6)
-
9 Ms. K. Sammut
Immarka Veru jew Falz
Veru Falz
1. L-iljuni jgħixu fl-Ewropa. 2. L-iljuni ma jgħixux biss fis-selvaġġ.
3. L-iljun hu l-akbar qattus fid-dinja. 4. L-iljuni jorqdu ħafna matul il-jum.
5. Meta jinqabad xi annimal għall-ikel ikunu l-iljunessi li jibdew jieklu minnu l-ewwel.
Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel ✔ fil-kaxxa tal-lemin.
1. L-iljuni huma
2. Denb l-iljun ikollu
3. L-iljuni jieklu
iżgħar u eħfef mill-iljunessi.
akbar u itqal mill-iljunessi.
akbar u eħfef mill-iljunessi.
ballun kbir ta’ pil skur fit-tarf.
ballun kbir ta’ pil ċar fit-tarf.
ballun żgħir ta’ pil skur fit-tarf.
daqs l-iljunessi.
inqas mill-iljunessi.
aktar mill-iljunessi.
-
10 Ms. K. Sammut
Wieġeb il-mistoqsijiet.
1. Għaliex igargar l-iljun? (paragrafu 3)
________________________________________________________________
________________________________________________________________
2. Għaliex l-iljunessa tikkaċċja l-annimali billejl? (paragrafu 4)
________________________________________________________________
________________________________________________________________
3. X’jagħmel l-iljun waqt li l-iljunessa tkun qed tikkaċċja l-annimali? (paragrafu
5)
________________________________________________________________
________________________________________________________________
-
11 Ms. K. Sammut
Agħżel bejn dawn iż-żewġ titli. Aqta’ linja taħt it-titlu li għażilt.
1. Annimal li nħobb
2. Jien żiemel.
Ippjana l-kitba tiegħek hawn.
-
12 Ms. K. Sammut
Ikteb paragrafu ta’ bejn 70 u 100 kelma.